Il-Ministru Joe Mizzi mhux se jitlob il-ħlas ta’ €7,000 li individwu ġie ordnat iħallsu minħabba malafama

Reference Number: PR170893, Press Release Issue Date: Apr 07, 2017
 
 
Il-Ministru Joe Mizzi mhux se jkun qed jesegwixxi sentenza tal-Qorti fejn is-Sur Lawrence Grech ġie kkundannat iħallas €7,000 f'danni wara li mmalafama lill-Ministru. Il-Ministru Mizzi qal li għalih l-importanti kien li l-Qorti stabbilixxiet li l-affarijiet li ntqalu kontrih ma kinux minnhom.
 
Min-naħa tiegħu, is-Sur Grech skuża ruħu formalment mal-Ministru. Huwa stqarr li ma kien hemm l-ebda bażi għal dak li kiteb, u talab apoloġija inkundizzjonata. Huwa rringrazzja lill-Ministru Mizzi li laqa・ din l-apoloġija.
 
Is-Sur Grech irringrazzja lill-Prim Ministru għall-intervent tiegħu biex instabet soluzzjoni.